[AĠĠORNAT BIR-RITRATTI 2] Mara baqgħet dieħla ġo vann li kien qed jirriversja

Anzjana sofriet ġrieħi f'rasha

Il-vann li fih baqgħet dieħla l-anzjana. Fuq ix-xellug jidher Alfred Farrugia li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma. Ritratt John Pisani
Il-vann li fih baqgħet dieħla l-anzjana. Fuq ix-xellug jidher Alfred Farrugia li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma. Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Pulizija tad-Distrett u tal-RIU fuq il-post tal-inċident. Ritratt John Pisani
Pulizija tad-Distrett u tal-RIU fuq il-post tal-inċident. Ritratt John Pisani

Anzjana ta' 78 sena minn Ħ'Attard sofriet ġrieħi f'rasha meta llum għall-ħabta tal-4.00 p.m. kienet għadha kif ħarġet minn karozza u qasmet it-triq mingħajr ma ndunat li kien hemm vann qed jinstaq b'lura. Il-vann kien qed jinstaq minn żagħżugħ ta' 23 sena minn Ħad Dingli.

Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post tal-inċident jidher li l-mara kienet passiġġiera f'karozza Volvo misjuqa minn anzjana oħra. Iż-żewġ anzjani kienu għadhom kif daru minn Triq Notabile għal Triq il-Kalkara tal-Ġir u waqfu faċċata tal-uffiċini tal-MFSA fl-Imrieħel.

X'aktarx li minħabba l-bard, il-vittma ħarġet mill-karozza li kienet wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tat-triq mal-bankina, u peress li kellu xalpa ma' rasha u qasmet b'rasha baxxuta, ma ndunatx li kien hemm vann qed jinsaq b'lura. Kif l-anzjana waslet mal-vann ħabtet rasha mal-ġenb tiegħu fuq in-naħa ta' wara u waqgħet lura b'konsegwenza li ħabtet rasha mal-art.

Alfred Farrugia, ta' 58 sena minn Santa Venera, li kien għaddej bil-mixi qal lil illum.com.mt li kif ra lill-anzjana taħbat mal-vann mar mill-ewwel jassisti. Huwa daħal fi stabbiliment fejn talabhom biex iċemplu għal ambulanza. Farrugia baqa' ħdejn l-anzjana sakemm fuq il-post waslet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.

Għalkemm is-sewwieq tal-vann ma sofra l-ebda ġrieħi, huwa deher li kellu xokk kbir fuqu.

Fuq il-post tal-inċident marru l-Pulizija tal-RIU kif ukoll tad-Distrett immexxijin mis-Surġent James Magro flimkien mal-Kuntistabbli Simon Micallef.

Il-Pulizija kkonfermat li l-anzjan sofriet ġrieħi ħfief

 

More in Kronaka