(AĠĠORNAT) Mara ta' 27 sena stuprata minn raġel barrani

Maħtufa u stuprata. Intervent f'waqtu mill-Pulizija tal-RIU wassal biex ġie arrestat l-allegat aggressur

Tfajla maħtufa u stuprata f'Paceville
Tfajla maħtufa u stuprata f'Paceville

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Intervent f’waqtu minn żewġ Kuntistabbli tal-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit wassal għall-arrestat ta’ barrani, x'aktarx mill-Guinea, li allegatament kien qiegħed jistupra mara fi Triq San Ġorġ, f'Paceville.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-Uffiċjali tal-Pulizija kienu fuq ronda meta semgħu mara tgħajjat, intervjenew immedjatament u eventwalment arrestaw lis-suspettat, għalkemm huwa rreżistihom u pprova jaħrab, qalet l-istqarrija.

Iktar kmieni...

Matul il-lejl li għadda mara ta' 27 sena minn San Pawl il-Baħar allegatament spiċċat maħtufa u stuprata minn raġel barrani waqt li kienet f'Paceville, San Ġiljan. Jidher li r-raġel ħataf lil din it-tfajla u stupraha sesswalment. Il-Pulizijaqed tinvestiga l-allegat każ taħt it-tmexxija tal-Ispettur Trevor Micallef filwaqt li saret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa, Dr Giovanni Grixti, li ħatar numru ta' esperti fosthom it-tabib forensiku Dr Mario Scerri sabiex jinvestigaw. Hu mifhum li l-mara ma kellhiex ġrieħi viżibbli għajr xi grif ħafif.

More in Kronaka