Madwar 20 protestant Libjan kmieni dalgħodu daħlu jipprotestaw fid-daħla tal-Belt Valletta wara li lbieraħ seħħew numru ta’ attakki mill-ajru fuq il-belta ta’ Misrata.
Il-protestanti qed jopponu l-gvern ta’ Al Thinni li jinsab eżiljat fil-belt ta’ Tobruk waqt li l-gvern rivali li huma jsostnu huwa l-gvern kompost mill-iżlamisti li jiffurmaw parti mill-Kungress Ġenerali Nazzjonali u li jinsab fil-kapitali Libjana Tripli.
Preżentement il-gvern Malti għadu jirrikonoxxi l-gvern ta’ Al Thinni l-istess kif għadhom qed jagħmlu diversi pajjiżi oħra madwar id-dinja.
~~~~~~~~~~~
Minn informazzjoni li għandna jidher li bħalissa qed issir protesta fid-daħla tal-Belt Valletta minn numru ta’ persuni Libjani li huma kontra r-rikonoxximent tal-gvern Malti għal gvern Libjan ta’ Tobruk.
Il-protestanti huma favur li jingħata rikonoxximent lill-Gvern ta’ Tripli.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.