Karozza tieħu n-nar fil-Mellieħa

Karozza tieħu n-nar

Duħħan fi Triq Borg Olivier. Ritratt - Facebook - Daniel Azzopardi
Duħħan fi Triq Borg Olivier. Ritratt - Facebook - Daniel Azzopardi

Rapporti li għadhom ghadhom kemm waslu fil-kamra tal-aħbarijiet ta' dan is-sit jirrappurtaw karozza li ħadet in-nar fil-Mellieħa.

Jidher li l-każ seħħ fi Triq Gorġ Borg Olivier wara li karozza li kienet għaddejja minn hemm ħadet in-nar.

Id-daħna kienet kbira tant li wħud ħasbu li kienet xi dar li qed taqbad.

Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta jidher li ma kien hemm l-ebda konsegwenzi kbar.

More in Kronaka