Raġel ta’ 45 sena minn Ħaż-Żebbuġ kmieni dalgħodu ddaħħal l-Isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ ftit qabel is-7am meta raġel kien qed isuq mutur Yamaha 350 fi Triq San Bastjan meta minn Triq Correa, li hija triq sekondarja, ħarġet karozza Seat Marbella misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn Birkirkara li laqat il-mutur. Mad-daqqa s-sewwieq tal-mutur ħa tkaxkira fl-art.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’infermiera li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn ingħata l-kura għall-ġrieħi gravi li sofra. Il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kienu fuq il-post tal-inċident biex jidderieġu t-traffiku filwaqt li dawk tad-Distrett ħejjew rapport tal-inċident.