Aġġornament
Il-Pulizija għadhom kif informawna li l-manager sofra ġrieħi ħfief u mhux gravi kif konna informati qabel.Il-Pulizija qalu wkoll li l-manager għandu 62 sena u joqgħod il-Gżira.
Iktar kmieni...
Il-Pulizija arrestat immigrant residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far wara li aggredixxa wieħed mill-managers li jmexxi l-istess ċentru.
Il-każ beda għall-ħabta tas-2.20 p.m. meta Somalu ta’ 20 sena kellu argument ma’ impjegat u l-manager. Qed ikun allegat li s-Somalu qabad ġebla u aggredixxa lill-manager bil-ġebla li laqtu f’rasu.
Fi ftit minuti waslu fuq il-post il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit li kkalmaw is-sitwazzjoni u arrestaw lis-Somalu. Filwaqt li l-manager ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid fejn ingħata l-kura medika, is-Somalu ttieħed l-Għassa ta’ Birżebbuġia fejn qed jinżamm taħt arrest. L-ewwel informazzjoni kienet li l-manager kien qed isofri minn ġrieħi gravi.