Dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax żviluppaw nirien li ħakmu residenza li tinsab fi Triq San Duminku, Tas-Sliema. Jidher li n-nirien kienu kkawżati minn heather fil-kantina.
Fil-ħin tal-inċident fid-dar kien hemm mara u tarbija li ġew salvati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili filwaqt li ssejħet ambulanza li ħadeithom l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Żewġ uffiċjali tal-pulizija ukoll qed jingħataw kura minħabba dħaħen li belgħu.