F’Kabul l-Afganistan, għexieren ta’ rġiel bdew isawtu mara ta’ 27 sena bla ħniena talli ħarqet il-Quran. L-ewwel qatluha bis-swat li tawha, imbagħad ħarquha u tefgħuha fix-xmara Kabul fejn il-moskea. Din l-istorja makabra ġrat il-bieraħ fejn il-mara tidher tissawwat u mogħtija bis-sieq u bil-ġebel.
It-tfajla kien jisimha Farkhond u nies li jiġu minnha qalu li din it-tfajla ma kinitx taf x’inhi tagħmel meta ħarqet il-ktieb imqaddes għax din ilha marida mentalment għal dawn l-aħħar sittax-il sena. Ġew arrestati erba min-nies li ħadu sehem f'dan il-qtil makabru u l-pulizija qed jinvestigaw il-każ.
John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda g�...