Il-portal tal-Knisja Newsbook ħabbar li Fr Joe Galea Curmi li jiġi ħu Edgar Galea Curmi li kien l-eks kap tas-segretarjat tal-eks Prim Ministru lawrence Gonzi, mistenni jinħatar vigarju ġenerali tal-Knsija l-ġdid.
It-tħabbira uffiċjali mistennija toħroġ mill-Kurja kmieni l-ġimgħa d-dieħla.
Fr Galea Curmi speċjalizza fit-Teoloġija Pastorali u jgħallem dan is-suġġett fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
Hu wkoll membru tal-bord tal-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali kif ukoll tal-European Society for Catholic Theology.