Maqtul l-Alġerin li mexxa l-attakk terroristiku fit-Tuneżija

Eluf kbar fosthom Hollande, Renzi u l-mexxej Palestinjan ipprotestaw fit-Tuneżija kontra t-terroriżmu

l-Al jazeera rrapurtat li l-prim ministru Tuneżin qal li s-suspettat moħħ wara l-attakk fuq il-Bardo Museum li ħalla 22 mejta inqatel waqt operazzjoni ta’ sigurta qrib il-fruntiera mal-Alġerija, f’Gafsa. Skont Il-Prim Ministru Tuneżin qal li miegħu nqatlu wkoll it-tmien suspettati l-oħra tal-grupp tiegħu.

Dan ġara waqt li eluf kbar ta’ Tuneżini ħarġu fit-toroq jipprotestaw kontra l-vjolenza.

L-operazzjoni Gafsa kienet mfaħħra għas-suċċess li kellhom il-membri tas-sigurta Tuneżina f’operazzjoni delikata fl-ewwel konfront fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fejn irnexxielhom joqtlu lid-disa suspettati. Chaieb li magħruf ukoll bħala Luqman Abu Saqr, kien isuspettat li mexxa jew għen biex jitmexxa l-attakk tat-18 ta’ Marzu fuq l-Bardo Museum.

Uffiċċjali akkużaw lil Chaieb, li hu Alġerin li kien il-moħħ wara l-attakk flimkien mal-grupp tiegħu Okba Ibn Nafaa Brigade, anke jekk l-Istat Iżlamiku kien ħa r-responsabilita tal-akttakk.

Id-dimostrazzjoni kbira fil-belt kapitali Tuneżina turi lid an l-istat Għarbi ma jridx ikollu x’jaqsam mat-Terroriżmu fejn fil-mixja u dimostrazzjoni ħadu sehem il-President Franċiż Francois Hollande, il-prim ministru Taljan Matteo Renzi u l-mexxej Palestinjan Mahmoud Abbas.

 

More in Kronaka