Għajnsielem isellem liċ-ċkejkna Leah
L-isqof Grech jgħid li Leah ġiet fid-dinja u ħalliet warajha fwieħa
More in Kronaka
L-isqof Grech jgħid li Leah ġiet fid-dinja u ħalliet warajha fwieħa
Il-Poplu Għajnselmiż ħareġ bi ħġaru biex isellem liċ-ċkejkna Leah li wara battalja qawwija kontra l-kanċer ġiet mirbuħa l-għada tal-festa tad-Duluri meta kellha biss sitt snin. Din it-tifla kienet saret ikona ta' qlubija fejn f'Għajnsielem kienet ta kuljum tiġri ma' ommha u nannitha fil-bandli, dejjem bi tbissima u tara ma min se taqbad biex tilgħab. Il-Gvern malti kien għamel minn kollox biex din it-tifla ħelwa u simpatika wild Għajnsielem tibqa tgħix u jkollha ħajja normali, iżda ma kellux ikun hekk. Illejla Għajnsielem kollha sellem għall-aħħar darba lil din l-anġlu Għajnselmiż fi knsija ippakkjata bin-nies fejn il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Isqof ta' Għawdex Dun Mario Grech. Kulħadd kien liebes abjad, anke l-konċelebranti kif xtaqu l-ġenituri ta' Leah.