(RITRATTI) Il-Kaptan Tuneżin tad-dgħajsa tal-immigranti arrestat f'Katanja

Tlieta oħra mejta fil-Greċja wara li dgħajsa bl-immigranti tfarrket mal-blat f'Rodi.

Il-Kaptan Tuneżin tad-dgħajsa li minn fuqha mietu madwar 900 immigrant ġie arrestat hekk kif rifes l-art ta' Katanja flimkien ma' membru tal-ekwipaġġ mis-Sirja., waqt li l-EU ħalfet li se tagħmel batalja ħarxa kontra dawn it-traffikanti tal-immigranti lejn l-Ewropa. Huma kienu fost dawk it-28 persuna li salvaw l-għarqa. Il-Eu wara pressjoni mill-Gvern Malti u dak Taljan ħalfet li se tagġħmel minn kollox biex tfarrak id-dgħġajjes li qed jitraffikaw lil dawn l-msejkna immigranti Afrikani.

Sadattant dgħajsa oħra bl-immigranti tfarrket f'Rhodi l-Greċja wara li baqgħet dieħla fil-blat u tlieta mill-immigranti sfaw mejta.

 

More in Kronaka