L-ambaxxatur gay ta' Franza għal Vatikan għadu ma ġiex aċċettat mill-Vatikan
Wara tliet xhur il-Vatikan għadu m'aċċettax il-kariga...Hollande deċiż li ma jibdlux
More in Kronaka
Wara tliet xhur il-Vatikan għadu m'aċċettax il-kariga...Hollande deċiż li ma jibdlux
Tliet xhur wara li Hollande appunta lil Laurent Stefanini, Kattoliku ta' 55 sena li hu uffiċjalment gay, Pariġi għadha tistenna l-konferma tiegħu mill-Vatikan.
Wara tliet snin minn meta Papa Franġisku sar papa, xi attivisti qed jiddubitaw jekk dan is-silenzju mill-Vatikan hux test ta' kemm vera hi fonda r-riforma tal-Knisja Kattolika. Filwaqt li l-Vatikan normalment jaċċetta l-kandidati għal ambaxxaturi fi żmien xahar jew l-aktar xahar u nofs din id-darba baqa' sieket u għadu ma ħariġx il-konferma. Sadattant Pariġi hi determinata li ma tibdilx il-kandidat għal ambaxxatur għal Vatikan minħabba l-orjentazzjoni sesswali speċjalment li Stefanini hu magħruf bħala wieħed mill-aqwa diplomatiċi tal-pajjiż.
Sorsi qrib il-President François Hollande qalu li dan l-appuntament ġej dirett mill-president innifsu u mill-kabinett tal-ministri. Ġie maħtur bħala ambaxxatur fil-5 ta' Jannar u sal-lum għadhom ma rċevewx risposta.
"Dewmien bħal dan mhux normali" qal persuna infurmata sew fil-kwistjoni lill-aġenzija AFP. Jekk il-Vatikan se jirrifjuta l-ħatra, billi ma jweġibx u ma joffrix spjegazzjoni għaliex allura sta għal pajjiż konċernat li jinterpreta r-raġuni għaliex ġie rifjutat.
Skont l-aġenzija ANSA qed jingħad li l-Papa kellu laqgħa ma' Stefanini personali u f'segretezza fejn ikkonfermalu u spjegalu r-rifjut tal-ħatra tiegħu. Din l-aħbar ħarġet fuq is-sit tal-internet ta' Le Figaro u għadha mistennija l-istorja sħiħa tal-laqgħa fil-ġurnal satiriku Le Canard Enchainé.
Din il-laqgħa ġiet konfermata wkoll minn sorsi qrib il-vatikan skont diversi midja Franċiżi anke jekk il-Vatikan ma riedx jikkummenta dwar dan il-każ li qed iqajjem għagħa sħiħ dwar li l-Vatikan m'aċċettax lil Stefanini bħala ambaxxatur għax gay. Fatt li l-Vatikan għadu ma fetaħx ħalqu fuqu.