"Jaqtgħulek rasek jew jisparawlek" irrakuntaw immigranti Kristjani meta kienu qed jgħidu kif u għaliex għażlu li jagħmlu l-vjaġġ biex jaqsmu l-Mediterran,"ridna naħarbu mill-membri tal-ISIS.
Haben ta' 19-il sena li hu refuġjat mill-Eritreja u ħuh iż-żgħir Samuel ta' 14-il sena qalu li nies armati qed jgħassu l-bliet u l-bajjiet Libjani filwaqt li jfitxxu għal infidili. Dawn it-tnejn waslu l-Italja ftit jiem qabel it-traġedja li fiha mietu 900 immigrant. L-immigranti qed jgħidu li qed jirkbu d'dgħajjes anke meta jafu li hemm periklu għal ħajjithom biex jaħarbu s-sikkina jew il-pistoli tal-ISIS fil-Libja.
Grupp mill-Eritreja qali li huma ġew sfurzati jiċħdu ir-reliġjon Kristjana inkella jiġu maqtula. habe qal, "Aħna Insara iżda kellna niċħdu ir-reliġjon tagħna biex neħilsu mill-mewt fejn qalulna li jekk ma nagħmlux dan iħanxrulna għonqna. Haben u Samuel waslu Sqallija ġimgħa ilu.