Wara li fl-2007 u fl-2014 Katrina Pavia ta' 25 sena minn Victoria Għawdex spiċċat fit-tieni post fil-Miss World Malta, kif jgħidu li fuq tlieta toqgħod il-borma l-bieraħ spiċċat inkurunata bħala Miss World Malta 2015 f'kuntest li kien organizzat fir-Royal Piazza Theatre il-Belt Valletta. Issa Katrina se tippreżenta lil Malta fil-Miss World Pageant li se jsir aktar tard din is-sena fl-Awstralja.
Kienet 'third time lucky meta Katrina diġa kkompetiet f'din il-kompetizzjoni darbtejn oħra fejn fiż-żewġ okkażżjonijiet spiċċat bħala runner up, fl-2007 u fl-2014. Pavia kienet qed tikkontesta ma' 29 tfajla oħra.
Fl-istess avveniment Manuela Buttigieg spiċċat bħala First runner up u Marie Claire Portelli ħadet it-titlu ta' second runner up. Fl-istorja ta' miss World darba biss tfajla Maltija rnexxielha tagħmilha sas-semi finali ta' Miss World. Dan kien fl-1969 meta Mary Brincat irnexxielha tasal sas-semi finali f'Londra.