Palmira f’idejn l-ISIS. Qed jifesteġġjaw bil-qtugħ tal-irjus
Obama jgħid li hu mhux se jibgħat suldati tiegħu fl-Iraq
More in Kronaka
Obama jgħid li hu mhux se jibgħat suldati tiegħu fl-Iraq
“Ma nemminx li qed nitilfu kontra l-ISIS” qal Barack Obama meta wieġeb għal kritika li kellu fuq il-magazin ‘The Atlantic’ li ħarġet wara jumejn li l-ISIS rebħu l-belt ta’ Ramadi.
“Ma nistgħu nagħmlu xejn għall-Iraq aktar milli huma għandhom jagħmlu biex jiġġieldu għal pajjiżhom u jiggvernawh.” Obama qal li żgur mhux se jibgħat lit-truppi tiegħu fl-Iraq, “Lezzjoni li tgħallimt hi li jekk l-Iraqqini mhux kapaċi li jaslu għal dak il-fattur neċessarju li jiggvernaw pajjiżhom u li jiġġieldu għas-sigurta ta’ pajjiżhom, ma nistgħux nagħmluh aħna għalihom.”
Sadattant l-ISIS ħadu l-kontroll tal-belt Sirjana, Palmira li hi belt arkeoloġika, wirt dinji tal-UNESCO
"Dak kollu li qed jiġri f’Palmira hu perikoluż immens. Diġa nafu li kien ehmm diversi distruzzjonijiet u kolonni li ġew mwaqqa.” Dan qalitu d-direttriċi ġenerali tal-UNESCO, Irina Bokova wara li l-Jihadisti ħadu kontroll tas-sit arkeoloġiku ta’ Palmira. Skont osservatorji Sirjani għad-drittijiet umani qalu li l-ISIS issa qed tikontrolla nofs l-Iraq bil-maġġor parti fejn hem mil-petrolju u l-gass.
Għexieren ta’ suldati governattivi ġew maqtula waqt li kienu qed jippruvaw jaħarbu. L-Istat Iżlamiku qed jiċċelebra din il0-konkwista billi qed jippublikaw fuq l-Internet ritratti u filmati li juru il-qtugħ tar-ras ta’ suldati u lejalisti tal-gvern
Mijiet ta’ statwi fis-sit Sirjan ta’ Palmira laħqu ġew trasferiti fi bliet oħra minħabba l-biża li dawn jiġu distrutti mill-ISIS.