(FILMAT) Le għall-Iżlam, Le għal Ġudaiżmu...Franza hi Kattolika

Kont preżenti għal protesta f'Pariġi  f'Jum L-Ewropa favur in-nazzjonaliżmu bl-għajta ta' Franza għal Franċiżi

Nhar il-Ħadd 10 ta' Mejju l-għada li l-ewropa iffesteġġjat Jum l-Ewropa, għexieren ta' Estermisti lemini Pariġini ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta' Pariġi. Kont preżenti għal din il-protesta u rnexxili wkoll niġbed filmat dwar dak li kien qe djiġri fejn dawn bdew jgħajtu li Franza għal Franċiżi. Għajta oħra kienet Le għall-Iżlam, Le għal Ġudaiżmu għax Franza hi Kattolika. 'La Lemin u la Xellug għax Franza hi Nazzjonalista' (Ni gauche, Ni droite, la France Nationaliste).

Il-protesta f'Pariġi - Filmat John Busuttil

Kien hemm mumenti li kien hemm min  ibbuwjahom iżda dawn ma ġewx provokati ħlief li ħin minnhom bdew jisparaw gassijiet tad-duħħan. Il-protesta għalkemm ġo belt mimlija gruppi etniċi diversi, ma nqala xejn fejn il-pulizija dejjm kellhom kontroll tas-sitwazzjoni. Ikolli nammetti li mxejt magħhom mal-ġenb u f'xi mumenti ħassejt kemmxejn ta' rabja fl-għajta tagħhom, iżda ma nqala xejn.

More in Kronaka