(Aġġornat) Żewġt iklieb mejta mormija fi triq il-Magħtab

Il-klieb tneħħew il-bieraħ

Nirringrazzjaw lil Ġiljan Aquilina li hu s-sindku tal-Għargħur li għarrafna li dawn il-klieb tneħħew il-bieraħ, iżda xorta jibqa fatt li hu tal-mistħija li intefgħu fit-triq u anke li wieħed ikun jaf kif inqatlu. Qalilna wkoll li l-post jagħmel mal-Magħtab u jagħmel mal-Kunsill tan-Naxxar u mhux tal-Għargħur.

L-Illum qed ikompli jġib ritratti ta' ħmieġ mormi fit-toroq u bajjiet Maltin, karkassi ta' annimali u issa anke żewt iklieb mejta fi triq li minnha tinżel mill-Għargħur għal Magħtab, kif taqbeż in-niżla fejn hemm Għar Brincat.

Residenti viċin kellhom anke jgħalqu t-twieqi tagħhom minħabba d-dbieben u r-riħa tinten li kien hemm.

Ħafna huma dawk li qed jgħidu li hemm bżonn edukazzjoni, iżda oħrajn qed jgħidu li ġbajna nippruvaw nedukaw dawn in-nies li ma jafux aħjar milli jkomplu jħammġu l-ambjent dlonk tal-injoranza tagħhom u għalhekk wasal iż-żmien li isiru wardens tat-toroq u l-ambjent u min jinqabad jeħel multi kbar. Għax illum il-gvern jipprovdi tneħħija ta' imbarazz u skart kbir mingħajr ħlas, barra li hemm postijiet li wieħed jista jmur u jarmi l-iskart goff hemm.

More in Kronaka