Ħafna mill-midja madwar id-dinja kollha normalment twassal l-aħbar tal-inċident. Twassal l-aħbar tad-dieqa u tat-traġedja u ftit jew xejn huma li jwasslu l-aħbar ta' meta persuna li tkun fil-periklu tal-mewt taqleb għat-tajjeb. Għalhekk dan ir-ritratt tal-lum għandu jkun messaġġ pożittiv ta' persuna li sa ftit ġimgħat ilu kien qed jilgħabha mal-mewt, illum jista jxejjer lil kulħadd minn fuq il-pultruna tal-isptar waqt li mhux talli m'għadux fil-periklu tal-mewt iżda qed jirkupra tajjeb. Qed jagħraf lil dawk ta' madwaru u l-familjari tiegħu qed jgħidu li dawk il-ħbieb tiegħu li r-Rabat għandu ħafna (għax Raymond Falzon magħruf bħala s-Slajs hu persuna mill-aktar popolari u maħbub fir-Rabat) qed jilqa lin-nies.
Kliem sabiħ ħareġ fil-kitba ta' ħuh Pawlu 'slajs' Falzon fuq il-facebook li qal li 'mirakli jsiru' u rringrazzja lil min talab għal ħuh u qal li min jitlob ftit oħra ma jagħmilx ħażin.
L-ILLUM jawgura fejqan komplet lil Raymond Falzon.