Diversi djar fil-Ħamrun u Sta Venera bla dawl

wara li kuntrattur għamel ħsara f'sub station tal-elettriku

Djar u ħwienet fil-Ħamrun u Sta Venera dalgħodu sfaw bla dawl wara li kuntrattur aċċidentalment waqt li kien qed iwaqqa dar antika f'Cannon Road Sta Venera waqqa l-bini tas-sub station tal-elettriku. 

L-EneMalta qalet li l-inġiniera tagħha qed jaħdmu biex jagħtu lura d-dawl lir-residenti u negozji tal-Ħamrun u Sta Venera mill-aktar fis possibbli.

 

More in Kronaka