Esodu ta' Turisti mit-Tuniżija

Madwar nofs miljun Ingliż kienu diġa bbukkjati għat-Tuneżija u mistennija jħassru l-vaganza tagħhom

Iġebbdu l-bagalji minn toroq mimlija trab, mijiet ta' turisti qed jitilqu mit-Tuniżija wara t-tieni attakk terrosristiku f'dan il-pajjiż immiorat lejn it-turisti. Mijiet oħra ta' turisti mwerwrin daħlu fil-kamra tal-lukandi u ma ħarġux minn hemm fejn kienu f'kuntatti biex jaraw kif se jitilqu 'l barra mit-Tuniżija. Bħalissa hemm 20,000 turist Ingliż fit-Tuniżija. Sadattant uffiċċjali Ingliżi qed jgħidu lit-turisti biex ma jiktbux f'liema lukandi jinsabu ħalli ma jmorrux aktar qattiela jisparaw fuqhom.

Madwar 400,000 Ingliżi diġa bbukkjaw biex imorru t-Tuneżija dan is-Sajf fejn l-aġenziji issa qed joffrulhom destinazzjonijiet oħra mingħajr ma jkollhomx iħallsu aktar.

Sadattant l-FCO (Foreign and Commonwealth office) ħareġ avviżi għat-turisti biex joqgħdu attenti minn attakki terroristiċi fejn l-aktar pajjiżi li huma mmarkati huma:

L-Eġittu - High threat: Għandhom 'links' mal-ISIS u kien hemm diġa żewġ attakki ta' bombi qrib Luxor dan ix-xahar.

Kenya - High threat: FCO tavża li jista jkun hemm attakki oħra minn Al Shabaab. Fl-2013 kienu nqatlu sitt Ingliżi fil-Westgate shopping Mall.

Turkija - High threat: Mal-fruntiera mas-Sirja fejn hemm l-ISIS. FCO tavża li jista jkun hemm attakki fejn jżuru l-aktar it-turisti.

Marokk - General threat: l-FCO tavża li wieħed irid biss joqgħod b'seba għajnejn għax hemm ħafna Marokkini li ngħaqdu mal-ISIS.

Dubai - General threat: FCO qed tavża li jista jkun hemm xi attakki immirati lejn interessi Ingliżi.

Spanja - High threat: Il-pulizija diġa arrestaw xi rekluti tal-ISIS fil-pajjiż li qalu li l-intenzjoni tagħhom hi li jattakkaw postijiet fl-Ewropa.

Franza - High threat: FCO tgħid li hemm diversi theddid lejn Franza minn gruppi terroristiċi Iżlamiċi. Il-gvern Franċiż qed jitlob lil poplu biex joqgħod attent.

More in Kronaka