Karrozza barranija dejjem ipparkjata f'kantuniera u ħadd ma jagħti każ

Nies minn San Pawl il-Baħar lkitbu fuq il-website ta' Proud to live in St. Paul's Bay biex jilmentaw

Status ta' membru fil-facebook dalgħodu tpoġġa fuq paġna ta' proud to live in St Paul's Bay li fiha jikteb regolarment id-deputat Nazzjonalista Censu Galea u bintu, s-sindku ta' San Pawl il-Baħar, Graziella Galea. Din il-persuna lmentat bir-ritratt li karrozza b'numri barranin qed tipparkja regolarment f'kantuniera fuq double yellow lines, u ilha tagħmel dan għal żmien twil fejn qed jeħel it-traffiku u ħadd ma jinforza l-liġi. Kienu d-diversi membri tal-pubbliku li jgħixu f'dawn in-naħat li lmentaw li dan il-parkeġġ ħażin ilu sejjer għal żmien u ħadd ma taha kas x'qed jiġri.

More in Kronaka