"Fl-aħħar sibtuni...temmnux dak kollu li tisimgħu fuqi"

Sai Mizzi tgħid li Qed tippromwovi lil Malta fiċ-Ċina u nġib in-negozju lura lejn Malta."

"Fl-aħħar sibtuni" qalet Sai Mizzi bi tbissima qabel sar l-iffirmar bejn il-kumpanija Ċiniża u l-Gvern Malti fuq proġett biex jiġu ttestjati it-teknoloġoja 5G f'Malta, fejn Huawei Technologies fetħu l-ufffiċċju tagħhom fi Smart City.

"Temmnux kollox dak li taqraw fuqi li jinkiteb fuq il-portals tal-aħbarijiet. Din hi l-vera jien. Irrid ngħidilkom dak li verament qed nagħmel għalikom. Qed niżviluppa u nimaniġġja relazzjonijiet bejn Malta u l-akbar ekonomija tad-dinja. Qed nippromwovi lil Malta fiċ-Ċina u nġib in-negozju lura lejn Malta."

"Dan il-ftehim se jipprovdi karrieri ta' kwalita lit-tfal Maltin u tpoġġi lil Malta fuq il-mappa tas-settur tal-ICT. Kumpaniji oħra qed jikkompetu biex jirbħu l-investiment Ċiniż. Nistgħu nagħmlu dak li Malta dejjem għamlet li nħaddnu id-dinja hemm barra ionkella ningħalqu fina nfusna. Ejja nħaddnu din l-opportunita."

More in Kronaka