Il-Gvern iddeċieda li l-Monti tal-belt mhux se jintrama fejn il-Parlament

Se jintrama fin-naħa t'isfel ta' Triq l-Ordinanza fejn m'hemmx post għal kulħadd

dan il-post se jibqa kif inhu u mhux se jsir Monti kif kien maħsub
dan il-post se jibqa kif inhu u mhux se jsir Monti kif kien maħsub

Il-Monti mhux se jintrama fejn il-Parlament. Dan wara deċiżjoni tal-gvern dwar il-fatt li kien insult li biċċa xogħol ta' Renzo Piano tiġi mdawra bil-Monti.

Issa dan se jintrema fin-naħa t'isfel ta' Triq l-Ordinanza, li tfisser li mhux il-bejjiegħa kollha se jkollhom post fejn joqogħdu. Jingħad li l-gvern lest li joffri kumpens lil dawk li lesti jċedu l-liċenzja tagħhom. Il-Ministru Cardona qal li 15 mit-72 bejjiegħ se jintalbu jċedu l-liċenzja tagħhom.

Hu qal ukoll li diġa hemm min hu nteressat jagħmel dan iżda hemm lok għal aktar taħdidiet. Il-Monti jrid jitlaq minn Strada Merkanti għal Triq l-Ordinanza sal-Milied.

 

.

More in Kronaka