Aġġornata: Żabbari jlaqqat multa ta’ €2,330 talli rema skart illegali
Raġel ta’ 36 sena mmultat wara li jinqabad jarmi skart illegali f’ wied fil-Kalkara
More in Kronaka
Raġel ta’ 36 sena mmultat wara li jinqabad jarmi skart illegali f’ wied fil-Kalkara
Żabbari ta’ 36 sena ġie mmultat €2,330 wara li ammetta fil-Qorti li rema skart illegalli f’ Wied Għammieq, il-Kalkara.
L-akkużat, Matthew Calleja, nqabad bil-kameras jarmi kontenitui tal-plastik mimlija żejt maħruq nhar it-Tnejn li għadda fil-Kalkara. Grazzi għal filmat tad-Direttorat tad-Tindif, ir-raġel ġie rrapurtat lil pulizija, li min-naħa tagħhom interrogawh u resquh il-Qorti aktar kmieni llum.
Il-Maġistrat tal-għassa Doreen Clarke semgħet kif l-imputat mar fuq il-post bil-karozza ta’ kuġinuh, Simon Azzopardi.
Matul dawn il-ġimgħat matul Malta u Għawdex kollu qed jintlemaħ skart mormi bl-addoċċ fit-toroq, u d-Direttorat tad-Tindif installa bosta kameras madwar Malta u Għawdex ħalli dawk li jarmu skart illegalli jiġu identifikati. Min jarmi dan l-iskart b’ mod illegalli jista jeħel multa massima ta' €2,500 kif ukoll il-konfiska tal-vettura tagħhom.
Hu ta min ifaħħar l-inizjattiva tad-direttorat tal-Indafa pubblika iżda wieħed irid jara li l-kameras jiġu mwaħħla f'kull lokal għax dan l-iskart qed iżid bla rażan u qabel jibdew jittieħdu azzjonijiet u multi fiskali qawwija ma jinqata qatt.