Aġent tal-pulizija nhar l-Erbgħa wara nofs in-nhar ġie mkaxkar mal-art u mogħti daqqiet ta' sieq u bil-ponn minn tliet Afrikani fil-Pjazza Duomo Milan. Grupp ta' ġuvintur Afrikani marru fuq żewġ turisti biex jippruvaw joħdulhom il-flus. Pulizija li kien liebes pajżan mar fuqhom u qalilhom biex jitilqu lit-turisti iżda l-grupp Afrikan reġa mar fuq it-turisti. Meta reġa qalilhom biex iħalluhom kwieti dawn aggredewh u bdew jagħtuh bis-sieq u bil-ponn u jkaxkruh mal-art. Ġew xi pulizija oħra pajżana u arrestaw tlieta minnhom. Iżda kien bhemm oħrajn magħhom u l-pulizija Taljana qed tara l-kameras biex tarresta lil kulmin kien involut