Grupp ta' studenti mill-federazzjoni tal-Assoċjazzjoni taż-Zgħażagħ Soċjalisti kienu waslu biex itemmu vjaġġ għal Kobani biex jibnu librerija ġew massakrati wara li splodiet bomba suwiċida fejn ħafna qed jgħidu li it-tfajjel jew tfajla li splodiet lilha nnifisiha kellha 18-il sena.
Din il-bomba ġiet sploduta f'Suruc fejn il-fruntiera Sirjana fejn mietu 28 u hemm madwar 100 oħra feruti. Il-Partit tas-Soċjalisti ewropej ħarġu stqarrija ta' stmerrija għal dan l-attakk fuq grupp ta żgħażagħ Soċjalisti li kienu sejrin jgħinu lis-Sirjani. Il-Grupp soċjalista qal li hemm bżonn li dawn l-estermisti jitrażżnu, Il-bomba splodiet f'nofs in-nhar fejn ċentru kulturali.
Din il-belt tinsab 10 kilometri bogħod mill-fruntiera ta' Kobani fejn il-ġellieda Kurdi jinsabu f'battalja ħarxa kontra l-ISIS.