Il-Ħaddiema tal-Air Malta jinsabu rrabjati meta huma ġew mitluba jagħmlu s-sagrifiċċji u l-kumpanija qed tagħmel minn kollox biex tnaqqas l-ispejjeż u fl-istess ħin iċ-chairperson 'part timer' Maria Micallef għada kif impjegat xufier magħha full time minn barra l-kumpanija mħallas mill-Air Malta.
Dan kien ikkonfermat minn kelliem tal-Air Malta wara li kien mistoqsi mill-ġurnal The Times of Malta. L-istess ġurnal irraporta li dan ix-xufier ġie mpjegat fuq pożizzjoni ta fiduċja u l-kuntratt tiegħu jintemm malli tintemm l-ħatra ta' Maria Micallef.
L-istess kelliem qal li ċ-chairperson li hi part timer għandha remunerazzjoni ta' €18,000 u hi ntitolata għal 'fuel', allowances ta' mobile, karrozza u xufier. Iżda l-impjegati xorta huma rrabjati għal fatt li flok din użat xufier mill-ħaddiema li hemm mal-kumpannija iddeċidiet li timpjega persuna barra l-kumpannija.