In-nurses ifittxuh l-isptar Mater Dei waqt li hu kien id-dar mal-familja

Chris Fearne jgħid li l-pazjenti m'humiex taħt xi tip ta' sorveljanza

Is-sit Independent.com rraporta każ kemmxejn stramb meta aktar kmieni din ilk-ġimgħa nurses fli Sptar mater Dei kienu ferm inkwetati meta indunaw li pazjent li kien fil-Medical Ward 1 sparixxa.

Wara investigazzjonijiet ġie magħruf li l-pazjent kien id-dar tiegħu mal-familja f'San Ġiljan. Il-pazjent hu magħruf li iddeċieda li joħroġ mill-isptar mingħajr ma kien informa lil ħadd mingħajr ma għadda l-proċeduri li kien hemm bżonn.

Merta kien mistoqsi dwar il-każ, is-segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-pazjenti m'humiex taħt xi tip ta' sorveljanza mill-gwardji tas-sigurta iżda għandu jiġi mill-pazjent li jekk irid joħroġ mill-isptar jinforma lin-nurses u jimla formola apposta qabel jitlaq.

 

 

More in Kronaka