Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali javża lill-pubbliku li wara li sar it-tindif neċessarju taż-żejt mill-ilma baħar tul Triq il-Qajjenza f’Birżebbuġa, il-bajja bin-numru tas-sit A10 qiegħda mill-ġdid tinfetaħ għall-għawm.
Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa nħareġ ammont ta’ żejt fl-imsemmija bajja, saru diversi testijiet mill-Laboratorju Pubbliku fuq kampjuni ta’ ilma li ttieħdu mill-bajja tul Triq il-Qajjenza u li rriżultaw li ma kien hemm l-ebda impatt ta’ xi residwi minn dan it-tixrid ta’ żejt.
Fis-sigħat li ġejjin ħaddiema mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali se jkunu qegħdin ineħħu t-tabelli li twaħħlu fl-aħħar jiem.