Iżlamisti Somali joqtlu 13 f'attakk fuq lukanda

Ġellieda ta' al-Shabab  saqu vettura mimlija splussivi fil-lukanda Jazeera Palace fil-kapitali tas-Somalja

 

Mill-inqas 13-il persuna huma rappurtati mejta wara li karrozza bomba tpoġġiet mad-dħul tal-lukanda Jazeera Palace f'Mogadishu s-Somalja.  

Rapporti qalu li ġellieda Iżlamiċi wasslu l-vettura fid-dħul tal-lukanda li hi popolari ħafna mad-diplomatiċi barranin.

Barra t-13 mejta skont rapporti li daħlu issa jidher li hemm 8 feruti. Al Shabab aċċettaw ir-responsabilita tal-attakk bħala tpattija talli l-gvern Somalu attakka lil al-shabab b'helicopter aktar kmieni. L-attakk seħħ hekk kif Obama qed iħejji li jitlaq mill-Kenya li hu l-pajjiż ġar tas-Somalja.

 

More in Kronaka