Il-pulizija tgħid li hemm bżonn aktar testijiet fuq il-mara misjuba mejta

Kienet vaganza Għawdex flimkien mar-raġel ta' bintha , ħuh u wliedu

Għalkemm jista jkun li l-katavru tal-mara hu dak ta' mara Daniża ta' 71 sena, għad iridu jsiru DNA tests biex ikun żgurat li l-mejta hi d-Daniża.

L-assistent Kummissarju Silvio Valletta qal li l-feriti fuq ras il-mara u anke fil-kustilji huma kompatibbli sew ma' daqqiet b'xi ħaġa iebsa u anke setgħu saru b'xi waqa u għalhekk se jsiru aktar testijiet biex tkun stabbilita eżatt il-kawża tal-mewt.

Il-mara instabet għarwiena u wiċċha 'l isfel f'għadira ilma fil-Wied tal-Kappuċċini limiti tar-Rabat Għawdex. Ma nstab xejn ħdejha la l-kartiera li qed jingħad li hi ħarġet bi €300 fih la l-passaport u lanqas l-ismartphone ma nstab.

Valletta u l-uffiċċjal Denis Theuma qalu li l-mara kienet Għawdex fuq vaganza flimkien mar-raġel tat-tifla, ħuh u wliedu. Bintha li ma kinitx fuq il-vaganza waslet il-bieraħ meta saret taf li ommha ma dehritx. Jidher li bintha u r-raġel jinsabu għaddejjin bi proċedimenti legali biex jisseparaw. Il-grupp kien qed joqgħod f'appartament mikri f'Marsalforn u din kienet l-ewwel vaganza tagħha Għawdex u l-aħħar.

Fil-koferenza l-puliozija qalu li l-mara kienet rappurtata nieqsa fl-24 ta' Lulju għal ħabta tas-6.30. Binha tar-rispett irraporta n-nuqqas tagħha fl-għassa ta' Marsalforn. Hi qabel ħarġet qaltilhom li kienet sejra tixtri, iżda qatt ma rritornat lura.

More in Kronaka