[Aġġornat] George Vella iħossu ħażin fiċ-Ċina

Kellu jsirlu intervent kardijaku iżda jinsab tajjeb

Il-Ministru George W Vella, li jinsab għal żjara uffiċjali fiċ-Ċina, illum ħassu xi ftit ma jiflaħx u ddaħħal fi sptar f’Beijing. 

Wara konsultazzjonijiet mal-istess Dr Vella, ġie deċiż li jsirlu intervent kardijaku. Il-Ministru Vella qiegħed jinżamm għall-osservazzjoni u l-kura meħtieġa u mistenni jirritorna lura fi ftit jiem. Huwa kellem bit-telefon kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-qraba tieghu. George Vella hu l-aktar Ministru anzjan fil-kabinett ta' Muscat. Vella għandu 73 sena.

Intant il-Partit Nazzjonalista awgura fejqan ta' malajr lil Vella u fi stqarrija qal illi diġa kellu kuntatt mal-Prim Ministru kif ukoll mal-Ministru Vella nnifsu. 

 

More in Kronaka