Żewġ membri tal-Birdlife jissawtu minn nassaba

Wieħed mill-aggressuri ġie mwaqqaf mill-pulizija meta kien se jwaddblilhom ġebla kbira

gallina tal-baħar
gallina tal-baħar

Żewġ membri tal-Birdlife sfaw attakkati f'Delimara illejla wara li skoprew sit suspettat illegali tal-insib. Dawn iż-żewġ membri kienu mexjin lejn il-ponta ta' delimara għal xis-6.30 ta' filgħaxija meta semgħu għajta llegali għall-għasafar. Meta resqu lejn is-sit fejn lemħu tagħmir relatat mal-insib, indunaw li kien hemm erba' rġiel jiġru lejhom mis-sit fejn kien hemm l-apparat. Wieħed minnhom beda jgħajjat b'mod aggressiv, qabeż ħajt u taha daqqtejn fuq wiċċ il-membri tal-birdlife. Nick Piludu kien wieħed mil-uffiċjali tal-Konservazzjoni li ġie assaltat, "din il-parti ta' Delimara hi famuża għal insib illegali sew mal-Birdlife kif ukoll mal-CABS fejn ikunu rappurtati każi bħal dawn sena wara sena. Aħna ninsabu grati lejn il-pulizija li waslu fuq il-post mill-ewwel għalkemm hu allarmanti li membri tal-pubbliku jistgħu jiġu akkrediti u intimidati b'dan il-mod għaliex jkunu biss mexjin f'din l-area.

L-uffiċċjali tal-ALE waslu fuq il-post eżatt meta wieħed mill-aggressuri qabad ġebla kbira biex iwaddabielhom li nżamm mill-pulizija. Waslu fuq il-post ukoll pulizija mill-għassa ta' B'Bugia.

L-għajta artifiċjali kienet ta' gallina tal-baħar, għasfur protett mir-razza ta' għasafar akwatiċi li bħalissa jkunu qed għaddejjin minn fuq Malta għax-xhur tas-sajf fi triqthom lejn l-Afrika t'isfel u li tonsob għalihom hu llegali matul is-sena kollha.

 

More in Kronaka