Problema tat-traffiku solvuta f'Malta
Kulħadd mar Għawdex
More in Kronaka
Kulħadd mar Għawdex
Dalgħodu ddeċidejt li naħrab mill-istorbju li hawn f'Għawdex u mort kontra l-kurrent billi inżilt Malta bil-karrozza mid-9 a.m. sas-2.30 p.m. Qatt ma niftakar li soqt b'daqshekk kumdita fit-toroq Maltin fejn kważi kont waħdi fit-toroq ta' Malta. Bla dubju li barra dawk li huma tal-festa fl-irħula tagħhom u għalhekk baqgħu ma ħarġux mir-raħal, il-Maltin l-oħra invadew Għawdex, fejn il-lukandi, il-farmhouses, l-appartamenti, ir-ristoranti, il-karrozzi tal-kiri u l-bajjiet Għawdxin ilhom aktar minn ġimgħa sħiħa ippakkjati bit-turist Malti.
Miċ-Ċirkewwa, għal San pawl il-Baħar, għar-Rabat, għal Ħal-Qormi, Żurrieq, Marsa, Msida, Gżira, Sliema, San Ġiljan, mellieħa, l-Għadira u lura lejn Ċirkewwa kienet ġurnata ta' sewqan mill-aktar komdu u mingħajr stress u qrid.