Kjarifika tal-ILLUM dwar l-istorja tal-Isqallin

 ir-ristoranti li dehru bħala parti minn collage mal-istess storja mhux neċessarjament għandhom sid jew qed jitmexxew minn negozjant Sqalli

Il Pirata hu ristorant ta' proprjetarji maltin
Il Pirata hu ristorant ta' proprjetarji maltin

Il-ġurnal l-ILLUM jixtieq jikkjarifika illi filwaqt li jżomm u jirrijaferma dak kollu illi nkiteb fl-istorja li kienet titratta negozji Sqallin, ir-ristoranti li dehru bħala parti minn collage mal-istess storja mhux neċessarjament għandhom sid jew qed jitmexxew minn negozjant Sqalli. Dan il-ġurnal kien ikkuntattjat minn xi sidien ta’ ristoranti, fosthom dak tal-Pirata, illi filwaqt li spjegaw li mhux qed jikkontestaw il-materjal li deher fl-istorja ħassew li ma kienx ġust li dan il-ġurnal ippublika numru ta’ ritratti ta’ negozji li jistgħu mhux qed jitmexxew minn Sqallin.  Dan il-ġurnal japoloġizza għal xi inkonvjent jew impressjoni  li setgħet inħolqot mill-collage tar-ritratti għalkemm jerġa jirrijaferma l-informazzjoni li waslet lil dan il-ġurnal, fosthom b’ittri ta’ korrispondenza, u li kienet sostnuta minn Philip Fenech mill-GRTU illi ħafna negozji minn Paceville sal-Belt qed jittmexxew minn Sqallin, li jħaddmu nies Sqallin u li jixtru l-prodotti kollha tagħhom minn Sqallija. 

More in Kronaka