Splużjoni kbira heżżet il-belt kapitali tat-Tajlandja, Bangkok fiż-żona ta' Rachaprasong f'ċentru kummerċjali li ħalliet mill-inqas 15 mejta u diversi oħrajn feruti. Skont il-ħofra li nstabet fiċ-ċentru kummerċjali mill-ewwel urew li kienet bomba. Fil-fatt ftit tal-ħin ilu l-pulizija ta' kontra l-bombi sabu bomba oħra mhux sploduta u waqqfuha milli tisplodi. Fost il-vittmi hemm diversi turisti.
Pulizija qed jaħsbu li jista jkun hemm tnejn sa tliet bombi oħra. Kelliem għal gvern qal li l-bombi kienu mmirati lejn it-0turisti biex titħarbat l-ekonomija tal-pajjiż fejn fil-fatt jingħad li hemm xi turisti fost il-mejtin li n-numru tela għal 27 bi 80 rappurtati feruti. Il-pulizija qed jaħsbu li l-bomba kienet marbuta ma' mutur.