Waqt li l-punent ħsiebu fl-ISIS, il-gvern Sirjan qed jagħmel atroċitajiet kbar

Is-Sirjani li ħarbu qed jitolbu lil punent biex ma jiffukawx biss fuq l-ISIS

 

Esperti qalu li l-ISIS ma jistgħux jiġu megħluba jekk ma jkunx hemm bidla fir-reġim fis-Sirja wara li grupp ta' Sirjani maħruba żvelaw it-terrur li huma xhiedha tiegħu huma stess taħt il-madmad tal-gvern ta' Bashar al-Assad.

Tabib, patologu, maġistrat u uffiċċjal tal-armi nuklejari li kienu jaħdmu mar-reġim ta' Bashar al-Assad tkellmu mal-magazine Ġermaniż Bild u tkellmu dwar l-atroċitajiet kbar li huma raw isiru quddiem għajnejhom u r-rabja tagħhom li l-kommunita internazzjonali lanqas biss qed tagħti kashom.

Dr Mohammed F ta' 44 sena qal li raha pulizija jivvjolentaw sesswalment nisa u tfal bl-addoċċ quddiem priġunieri oħra.

Assad hu periklouż aktar mill-ISIS
Assad hu periklouż aktar mill-ISIS

Dr Abed Tawab Sharour ta' 50 sena patologu fl-Universita qal li hu raha evidenza ripetuta tal-użu ta' armi kemikali mir-reġim ta' Assad. Qal li dan kollu xehdu f'The hague iżda l-qorti internazzjonali tal-ġustizzja mhux qed jagħti kas għax mohhu fl-ISIS.

"Assistejt għal nie sisru bluni b'ragħwha ħierġa minn ħalqhom li mietu mewt mill-aktar kerha meta jmutu bla nifs. Assistejt għal aktar minn 3,000 qtil bla qalb u kollha mqtula għalxejn billi jgħidulhom li huma terroristi."

Dr Andreas Krieg mid-dipartiment tal-istudju tad-difiża tal-King's College qal li dawn ix-xhiedha għandhom iġibuna f'sessina biex ma niffukawx biss fuq l-ISIS. Ħames snin ta' apatija ikkrejaw sitwazzjoni li is-Sirja tinsab fiha llum.

"Li nibbombardjaw l-ISIS mill-ajru u ninsew l-atroċitajiet ta' Assad kulma qed nagħmlu li niżbilanċjaw il-bilanċ tal-poter fis-Sirja, fejn il-poplu qiegħed maqbud bejn ir-reġim ta' Assad u l-ISIS. Biex jispiċċaw l-ISIS wieħed irid jeqred lir-reġim ta' Assad u jsir ftehim ma' gruppi ribelli moderati li jinkludu Iżlamisti moderati. Dan biss jista jagħmel differenza fis-Sirja."

 

 

More in Kronaka