(RITRATTI XOKKANTI) Il-Maċedonja twaqqaf 3,000 refuġjat milli jidħlu fil-pajjiż
Xeni ta' għajb meta ma kienx hemm hniena lanqas ghat-tfal u nisa. Wara d-diżastru ħallew biss 200 minnhom jidħlu skont kemm tathom l-Ewropa.
minn John Busuttil

Fir-ritratti wieħed jista jara u jitbikkem għal din it-traġedja umana li qed nassistu bħalissa għaliha. Taqbel jew ma taqbilx żgur li dawn ix-xeni jbikkmuk speċjalment li tara tfal maqbuda fi crush meta l-pulizija Macedoni bdew jisparaw il-gass tad-dmugħ u stun grenades biex iwaqqfu 3,000 refuġjati milli jidħlu f'pajjiżhom mill-Greċja. Il-pulizija għamlu wkoll barbed wire madwar it-toroq li s-soltu jaqsmu r-refuġjati. L-immigranti mill-Lvant nofsani qed jaħarbu lejn l-Ewropa mill-Greċja fejn wara jidħlu għal Ġermanja u l-Ingilterra.
Il-pulizija bdew anke jsawtu lill-immigranti bil-bsaten fejn fost il-feruti kien hemm tmien refuġjati. Wara d-diżastru ħallew biss 200 minnhom jidħlu skont kemm tathom l-Ewropa.












![[Aġġornat] Kuċċier iweġġa' gravi f'ħabta l-Furjana](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/habta21022025.png)

