Ftit tal-ħin ilu raġel mill-Afrika ta' Fuq ta' bejn 30 u 40 sena ġie arrestat wara li spara b'Kalashnikov abbord it-tren bejn Amsterdam u Pariġi. L-aħbar hi mħabbra fuq diversi mezzi tax-Xandir Franċiżi. Hemm tliet persuni feruti tnejn minnhom gravi ħafna. La Voix del Nord, ġurnal tar-reġjun ta' Calais qal li r-raġel ġie arrestat minn fuq it-tren Thalys viċin l-istazzjon Arras. L-pulizija mhux jeskludu li hu attakk terroristiku. Bernard Cazanueve l-ministru tal-intern Franċiż ġie msejjaħ b'urġenza.
Skont Le Figaro qal li żewġ militari meta semgħu l-arma tiġi kkargata qamu għalih fejn l-Ingliż ġie milqut mill-isparatura u jinsab gravi, l-Amerikan b'sikkina. L-attur Jean Hugues Anglade ġie ferut meta kien qed jiġbed il-brejk ta' emerġenza tat-tren.