(AĠĠORNAT) Żewġ persuni f'periklu tal-mewt
Il-mara Maltija ta’ 24 sena u t-tfajla Slovena ta’ 19-il sena qalbu għall-aħjar
More in Kronaka
Il-mara Maltija ta’ 24 sena u t-tfajla Slovena ta’ 19-il sena qalbu għall-aħjar
Referenza qed issir għall-istqarrija stampa li ħarġet ftit ilu dwar inċident tat-traffiku fi Triq M A Vassalli, is-Swieqi.
Il-Pulizija għadha kif ġiet infurmata li l-mara Maltija ta’ 24 sena u t-tfajla Slovena ta’ 19-il sena qalbu għall-aħjar filwaqt li r-raġel Spanjol u l-mara Pollakka ta’ 26 sena għadhom f’qagħda kritika.
Ir-raġel Rumen li għandu 30 sena ma ġiex iċċertifikat u s-sewwieq ta’ 68 sena għadu qed jiġi ikkurat.
Aktar qabel:-
Erba’ persuni jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, fis-Swieqi kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa u nofs (0530hrs).
Il-Pulizija rrikorrew immedjatamanet fuq il-post u min investigazzjonijiet preliminari irriżulta li kienet għadha kif seħħet ħabta bejn Xarabank tat-tip Volvo B7RLE u Toyota Yaris. Il-Volvo kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti l-Imsida direzzjoni mis-Swieqi nieżla lejn San Ġiljan filwaqt li t-Toyota, misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti Ħal Qormi fid-direzzjoni opposta.
Passiġġiera fit-Toyota kien hemm erba’ persuni; żewġ nisa - Slovena u Pollakka u żewġ irgiel – Spanjol u Rumen.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll dik tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara Maltija, ir-raġel Spanjol, il-mara Pollakka li għandha 26 sena u l-mara Slovena li għandha 19-il sena jinsabu fil-periklu tal-mewt.
Iż-żewġ karreġġjati tat-triq jinsabu magħluqa għat-traffiku.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan għaddejin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.