Filmat li juri l-infestazzjoni ta'ġrieden fl-Imqabba
Kważi xahar wara li dan il-ġurnal wera filmat li juri infestazzjoni kbria ta’ ġrieden jieklu mill-boroż taż-żibel minn proprjetá fl-Mqabba, l-Kunsill Lokali ħa r-riedni f’idejh u proprju l-bieraħ, ġiet imnaddfa l-għalqa.
L-għalqa tinsab fuq Mons. A. Caruana Street u hi ta' proprjetarju privat, iżda billi ħadd ma seta jsib lil dan il-proprjetarju ilkunsill iddeċieda b'mod unanimu li jieħu l-każ f'idejh.
Dan wara bosta lmenti minn residenti u wara r-rapport ta’ dan is-sit. It-tindif tal-ġrieden u taż-żibel abbandunat sewa lill-Kunsill Lokali €2,000.