Evidenza ġdida li tissuġerixxi li Ġesu kien miżżewweġ
U li Marija Maddalena kienet dixxiplu
More in Kronaka
U li Marija Maddalena kienet dixxiplu
Testijiet ġodda fuq il-parti tal-papyrus li lit ant qed toħloq kontroversji tista tagħti aktar kredibilita għal evidenza li tissuġerixxi li Ġesu kien miżżewweġ.
Dik li tissejjaħ “il-vanġelu skont il-mara ta’ Ġesu” hi biċċa minn test Koptiku li mhix akbar minn ‘business card’ fejn il-linja tradotta tirreferi għal Ġesu li jgħid il-kelma, ‘marti’ u fl-istess waqt jirreferi għad-dixxiplu tiegħu, ‘Marija’
Is-sena l-oħra kien hemm studju fuq din il-biċċa papyrus li ġejja mis-seklu 6 sas-seklu 9 iżda professur Ġermaniż sadattant issuġerixxa li s-similiritajiet bejn il-vanġelu skont il-mara ta’ Ġesu u l-papyrus ta’ Ġwanni ifissru li t-tnejn huma foloz.
Christian Askeland, riċerkatur mal-istitut Septuagint u bibliku f’Wuppertal, il-Ġermanja, qal li skont radio carbon dating juri li t-tieni papyrus mill-vanġelu ta’ San Ġwann inkiteb 1,200 sena ilu b’lingwa li ilha estinta aktar minn 300 sena.
Hu qal lid an juri li hi falza minħabba l-fatt li jidher li setgħu ġew miktuba mill-istess artiġġjan, u anke l-Vanġelu tal-mara ta’ Ġesu.
Issa riċerkaturi mill-Universita ta’ Kolumbja qed jagħmlu testijiet oħra fuq il-linka użata fil-payrus u qalu li l-ewwel riżultati qed juru li t-teorija tal-professur Ġermaniż hu żbaljat.
James Yardley qal lil- Live Science: “Fl-ewwel esplorazzjoni tagħna, affermajna li l-linka li ntużat fil-papyrus ta’ Ġwanni u dik tal-vanġelu tal-mara ta’ Ġesu huma differenti għal kollox. U r-riżultati riċenti tagħna jkomplu jikkonfermaw l-osservazzjonijiet tagħna.”
Yardley qal li mhux se jgħid iżjed qabel ir-riċerka tkun kompluta għal kollox u pubblikata fejn Askelend jintalab biex iwieġeb fuq ir-riċerka tagħhom. Iżda filwaqt li tissuġerixxi li l-‘vanġelu’ hu ġenwin, ma ssolvix il-kontroversja dwar xi tkun tifsser din is-sejba għal kristjanita.