Għajjat u kommossjoni bejn ix-xufiera fil-belt

Membri tal-UĦM u tal-GWU jilletikaw fil-venda tal-belt

Ftit tal-ħin ilu kien hemm kommossjoni sħiħa fil-venda tal-belt meta nstema ħafna għajjat u argumenti bejn gruppi ta' xufiera tal-Linja. Minn dak li qalulna sirna nafu li is-segretarju tat-taqsima tat-trasport pubbliku tal-GWU ħa xi żewġ ħaddiema mill-Freeport membri tal-GWU biex jkellmu lix-xufiera tal-linja. Dak il-ħin ix-xufiera tal-linja li huma membri tal-UĦM dehru urtati b'dan il-ġest tal-GWU li kienu qed jużaw dan il-mument biex iħajru lix-xufiera li huma membri tal-UĦM jingħaqdu mal-GWU. 

Għalhekk qam pandemonju sħiħ bil-pubbliku wieqaf isegwi din il-kommossjoni fejn min kien preżenti qalil;na li l-għajjat kien kbir u kważi kien hemm min irid iħebb għal xulxin, għalkemm m'hemm rappurtata l-ebda vjolenza fil-ħin li nqala dan l-argument sħun.

Hu fatt li anke skont stqarrijiet tal-UĦM fil-ġiurnal l-ILLUM wara l-intervista ta' Tony Zarb fuq l-istess ġurnal li dawn iż-żewġ unions qegħdin fi stat 'ta' gwerra' kontra xulxin u dan stqarru mal-ġurnal ILLUM is-segretarju tal-UĦM, Josef Vella.

More in Kronaka