[Aġġornata] Jitressqu l-Qorti s-sitt partitarji Kroati arrestati f'San Ġiljan
Mistennija jitressqu l-Qorti l-Kroati li ġew arrestati f'San Ġiljan
More in Kronaka
Mistennija jitressqu l-Qorti l-Kroati li ġew arrestati f'San Ġiljan
Iktar tard illum waranofsinhar, mistennija jitressqu l-Qorti l-Kroati li iktar kmieni ġew arrestati f'San Ġiljan wara li qalgħu l-ġlied f'Paceville.
_______________________________
Iktar kmieni...
Lejlet il-partita importanti għal Kroazja li tista tfisser il-kwalifikazzjoni tagħhom għal finali tat-Tazza Ewropeja li se ssir fi Franza s-sena li ġejja, sitta minnhom ġew arrestati mill-Pulizija wara li matul il-lejl li għadda kienu involuti fi ġlieda f’San Ġiljan. Kien għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu meta seħħet ġlieda bejn għadd ta’ barranin u xi uffiċjali tas-sigurtà. Jidher li l-ġlieda bdiet bi grupp ta’ persuni f’Santa Rita Steps, b’aktar persuni jingħaqdu mal-istess grupp u telgħu lejn Triq San Ġorġ f’San Ġiljan. Ġemgħa ta’ nies bdew iwaddbu siġġijiet, fliexken u tazzi lejn xi securities ta’ postijiet ta’ divertiment u għamlu ħsarat oħra.
Il-partitarji Kroati mhuma msemmija għall-inkwiet li jaqilgħu kull meta jsiefru mat-team tagħhom tant li mhux l-ewwel darba li anke tnaqqsulhom xi punti bħala ma ġara anke fil-grupp li jinsabu fih ma' Malta. Tant li llejla mhux se jitaħllew jidħlu fil-grawnd.
Il-pulizija se jkollha biċċa xogħol iebsa llejla biex iżżomm lil Kroati kwieti ħdejn l-istadium nazzjonali f'Ta' Qali meta jiltaqgħu fl-aħħar logħba tagħhom kontra Malta. Jekk n-Norveġja titlef kontra l-Italja u l-Kroazja tirbaħ lil malta jkun ifisser li dawn jikkwalifikaw għal finali llejla f'Malta. Għax mistennija li dawn jitilgħu xorta fejn il-ground.
Ftit tal-ħin ilu, fl-istabbiliment “Sprachcaffe'” f’Pembroke kienu arrestati diversi partitarji Kroati wara li dawn kienu qed jarmaw banners ta’ provokazzjoni bi preparazzjoni għal partita tal-lejla bejn Malta u l-Kroazja. Dan minkejja li l-partitarji Kroati mhux se jkunu qed jitħallew jidħlu fil-grawnd Nazzjonali. Informazzjoni ohra li daħlet fl-aħħar minuti tindika li grupp iehor ta’ partitarji jinsab fl-istess żona ta’ Pembroke fejn allegatament dawn dehru qed jiġbru xi ġebel u lesti għal konfrontazzjoni mal-Pulizija.