Ħallas €50,000 biex qatel l-akbar iljunfant fl-Afrika

Kellu n-nejbiet (tusks) jiżnu 54 kilo u qed jissemma li l-kaċċatur kien Ġermaniż

Wara li d-dentist Amerikan qatel lill-iljun Cecil, ħarġet din l-aħbar assurda minn Zimbabwe. Il-vittma din id-darba kien wieħed mill-akbar iljunfanti li hemm fl-istat Afrikan kollu u l-uniku li baqa minnu hu dan ir-itratt, li kien pubblikat fuq is-siti soċjali li juri l-annimal mejjet waqt li kaċċatur mill-punent qed jippoża bi kburija ħdejh.

L-=iljunfant ġie maqtul fil-Gonarezhou National park u dak li jmexxi dan il-park qal li din ix-xnea hi waħda mill-aktar rari fejn jidher li r-ritratt ittieħed f'park fl-Afrika t'isfel. "Mhux normali li jiġru dawn l-każi. L-Iljunfant kien majestuż fejn in-nejbiet tal-avorju tiegħu kienu jiżnu 54 kilo."

Skont il-media qed jingħad li l-kaċċatur hu Ġermaniż u ħallas €50,000 biex jixtri l-permess li seta joqtol lill-dan l-annimal f'avventura ta' kaċċa li damet sejra 4 ijiem. "Għadna ma nafux l-identita tar-raġel iżda se nibqgħu sa ma nsibuh biex jgħaddi mill-istess martirju li għaddha d-dentist Amerikan, Walter palmer," spjega Rodriguez.

 

More in Kronaka