Ritratti tal-mutur u l-inċident li ħasad il-ħajja ta' Norbert Cutajar
Skont xhiedha Sqallin qalu li raw lis-sewwieq Malti jitlef il-kontroll u jibqa dieħel b'saħħa kbira fuq it-trakk
More in Kronaka
Skont xhiedha Sqallin qalu li raw lis-sewwieq Malti jitlef il-kontroll u jibqa dieħel b'saħħa kbira fuq it-trakk
Inċident traġiku fil-motorway bejn Siracusa u Catania, ħasdet il-ħajja ta' Norbert Cutajar ta' 48 sena li għandu żewġt itfal. Norbert kien qed isuq mutur ta' ċilindrata qawwija meta ħabat ma' trakk Daily Iveco. It-tnejn li huma kienu sejrin fuq l-istess naħa, jiġifieri lejn in-naħa tat-Tramuntana. Ix-xufier tat-trakk kien minn Siracusa u gġandu 55 sena. Skont xi xhiedha li tkellmu ma' sit tal-internet Sqalli qalu li f'daqqa minnhom raw lis-sewwieq tal-mutur jitlef il-kontroll tal-mutur tiegħu u baqa dieħel b'saħħa kbira fuq it-trakk. Ix-xufier tat-trakk ma sofra l-ebda ġrieħi.