29 terremot f’24 siegħa f’Oregon
Dawn it-theżżiżiet żgħar jista jkun li jwasslu għal wieħed kbir
More in Kronaka
Dawn it-theżżiżiet żgħar jista jkun li jwasslu għal wieħed kbir
Stazzjonijiet sismiċi innutaw dak li jissejjaħ ‘swarm’ ta’ terremoti żgħar ħdejn La Pine, Oregon fejn dawn esperjenzaw 29 theżżiża f’24 siegħa l-bieraħ. Fil-fatt dawn it-terremoti f’Oregon jinsabu viċin vulkan u għalkemm dan l-ammont ta’ terremoti mhux normali l-Klamath County Emergency manager qed jitlob lin-nies li m’hemm lok ta’ biża, għax għalkemm kien hemm ħafna terremoti kollha kienu ta’ qawwa żgħira fejn l-akbar wieħed kien ta’ 2.5 fuq l-iskala richter.
Iżda l-istazzjon tal-Pacific Northwest qed jgħid li probabbilment dawn it-terremoti huma ‘swarm’ normali ta’ terremoti u mhux xi sistema ġeotermali.
Għalkemm in-netwerk siżmiku u l-Osservatorju tal-Vulkan Cascades jista jkun li t-terremoti huma riżultat tal-‘magma chamber’ li qed tiċċaqlaq taħt il-wiċċ tal-art.
Tejorija tisuġerixxi li ċ-‘chambers’ tal-vulkani tal-kosta Paċifika qed tiċċaqlaq lejn in-naħa lit miss magħha u għalhekk jista jkun mistenni terremot massiv fis-sit fejn qed tiċċaqlaq.