[Aġġornata] Toqba fl-art mgħottija b'heater tal-gass….nisperaw dejjem li m'hemmx xi ċilindru fih

Min irid jara din ir-realtà (u mhux perċezzjoni) jgħaddi mit-triq bejn San Ġiljan u San Ġwann qabel tasal ir-reġina

Il-Ministeru għat-Trasport jirreferi għar-ritratt li tella' dan is-sit, fejn qal kif immedjatament, "talab lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan biex b’mod immedjat jieħu l-azzjoni neċessarja biex isewwi din il-ħofra mill-aktar fis."

Illum ġejna informati li l-Kunsill Lokali, li l-manutenzjoni ta’ din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilta tiegħu, ħa l-passi meħtieġa biex jirranġa t-tappiera u l-heater tal-gass tneħħiet mit-triq.

Għaldaqstaznt, il-periklu li nħoloq f'din it-triq ma kienx għadu hemm.

_____________________________

Fuq il-facebook ta' Philippe Gatt minn Birkirkara tfaċċa ritratt mill-aktar interessanti. Fejn dan ġibed qoxra ta' ħeater tal-gass (nisperaw biss li ma fihx iċ-ċilindru) li tpoġġa fuq 'pot hole' biex tal-inqas il-karrozzi li jgħaddu mit-triq bejn San Ġiljan u San Ġwann ma jagħmlux ħsara u jidħlu f'din it-toqba. Kienu l-ħafna li bdew jgħaddu kummenti sarkastiċi li jlissnu tbissima, fejn kien hemm min qal li din l-invenzjoni tista ddum biss sa ma tasal ir-reġina u kien hemm min qal li din realta u mhux perċezzjoni. Jien ngħid li f'din in-naqra gżira nibqgħu 'oriġinali' fil-ħmerijiet. Fl-istess ħin ngħidu grazzi lis-Sur gatt li nisslilna tbissima bir-ritratt li poġġa.

More in Kronaka