Il-Forzi Amerikani wettqu rejd fis-Sirja mmirat lejn Jihadi John, il-bojja Jihadista b’aċċent Ingliż ta’ Londra li jidher f’madwar 7 eżekuzzjonijiet ta’ almenu seba’ ostaġġi fosthom żewġ ġurnalisti Amerikani. Dan ikkonfermah il-kelliem għal Pentagon, Peter Cook li qal li r-rejd kellu jsir il-bieraħ f’Raqqa s-Sirja biex jinqatel Mohammed Enwazi li hu l-isem porprju ta’ Jihadi John, anke jekk il-mewt tiegħu għadha ma ġietx konfermata uffiċċjalment. Uffiċċjal ieħor tal-Pentagon qal li d-drone laqat karrozza li fiha kienu qed jivjaġġaw flimkien mal-bojja, membri oħra assassini li huma msejħin bħala l-Beatles minħabba l-oriġini tagħhom li hi Ingliża, iżda ma riedx jagħti aktar dettalji. Il-BBC qal kważi b’ċertezza li l-bojja inqatel, filwaqt li l-Pentagon informa b’dan lil familja tal-vittmi tiegħu. Din l-aħbar irreferew għaliha s-CNN. Sadattant id-dipartiment tal-Istat innotifika l-aħbar lil gvern Brittaniku. Fl-istess waqt is-CNN qal, “l-qtil ta’ Jihadi John ma tistax tiġi konfermata għax m’hemmx personnel tal-intelliġenza Amerikana fis-Sirja.”